L-awtoritajiet Marokkini arrestaw Taljan fuq is-suspett li kien qed iħejji biex iwetaq attakki f’isem l-ISIS.
Skont il-Ministeru tal-Intern Marokkin, it-Taljan kien arrestat nhar l-Erbgħa fl-ajruport ta’ Oujda qrib il-fruntiera Alġerina. Intqal li hu kien igħix fil-Belġju imma f’Ġunju tal-2015, mar igħix il-Marokk fejn stabilixxa ruħu f’Casablanca.Iżda l-awtoritajiet Marokkini qed iżommu fommhom sieket dwar il-każ u lanqas ma żvela l-identità tat-Taljan.