Mara Olandiza ngħatat sentenza sospiża kif ukoll multa ta’ madwar 700 ewro wara li nstabet ħatja li kellha relazzjoni sesswali barra miż-żwieġ. Dan bħala konsegwenza tal-istupru li kienet sofriet. Il-mara ilha tinżamm arrestata minn mindu marret tirrapporta l-każ tliet xhur ilu imma l-każ tagħha nkixef fi tmiem il-ġimgħa wara l-familja tagħha ddeċidiet li tisvela l-każ
Il-mara Olandiża li għandha 22 sena, f’Marzu kienet f’lukanda fil-kapitali Doha u wara qamet f’residenza ta’ raġel li ma kenitx taf. Ir-raġel min-naħa tiegħu kien kundannat għal 100 daqqa ta’ frosta talli daħal f’relazzjoni sesswali ma’ mara barra miż-żwieġ. Hu kien ukoll kundannat għal 40 daqqa oħra ta’ frosta talli kkonsuma l-alkoħol.
FIL-QATAR: Tirrapporta stupru u tispiċċa kundannata
