Internazzjonali

Il-Papa jilmenta li fid-dinja iżjed faċli ssib l-armi milli l-ikel

epa05361124 Pope Francis arrives to deliver a speech to the Executive Board during his first visit to the United Nations World Food Progamme (WFP) headquarter in Rome, Italy, 13 June 2016. The Pope addressed the 2016 annual meeting of the Executive Board on the current state of hunger and poverty, and the need to keep up the fight against it. EPA/TONY GENTILE / POOL

Il-Papa Franġisku t-Tnejn kritika l-libertà kbira li biha wieħed jista’ jsib jixtri l-armi imma mbagħad meta l-ħaddiema umanitarji jippruvaw iqassmu l-ikel lil dawk fil-bżonn fiż-żoni ta’ gwerra jsibu ħafna ostakli.
Il-Papa qal dan waqt konferenza tal-Programm Dinji tal-Ikel (WFP) it-Tnejn filgħodu f’Ruma.
Il-Papa qal li fiż-żoni ta’ gwerra l-vittmi jiżdiedu għax apparti dawk li jkunu nqatlu mill-ġlied, ikun hemm dawk li qed ibatu l-ġuħ u l-għatx. Imbagħad il-Papa żied li llum il-ġurnata l-użu tal-armi saret il-mod preferut biex wieħed isolvi kwistjonijiet li qed iħarbtu d-dinja u mezzi oħra biex tinstab soluzzjoni qed ikunu injorati.