Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti dwar il-billboards politiċi

Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li fid-dawl tal-Avviż Legali li daħħal il-Gvern biex jagħlaq ħalq l-Oppożizzjoni milli titkellem dwar l-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi, il-Qorti ddeċidiet li ma tilqax il-mandat li ressaq il-Partit Nazzjonalista dwar il-billboards politiċi.

Għalhekk, b’mod immedjat, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed ineħħi l-billboards politiċi tiegħu mit-toroq Maltin u Għawdxin. Din id-deċiżjoni qed tittieħed b’rispett sħiħ lejn id-deċiżjoni tal-Qrati Maltin.

Id-deċiżjoni tal-Gvern laqtet ukoll b’mod gravi u dirett lin-negozji, għaliex tefa’ piżijiet u obbligi finanzjarji ġodda fuq dawn l-istess negozji.

Dwar dan l-Avviż Legali, l-Oppożizzjoni diġà ressqet Mozzjoni fil-Parlament biex l-Avviż Legali 103 tal-2016 ikun revokat.