(Ritratt: MRTU)
Il-Pulizija qed tinvestiga inċident li seħħ dalgħodu fil-mini ta’ Regional Road f’San Ġiljan, meta għal xi raġuni, karozza ħadet in-nar. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10am fil-mina ta’ Triq Manwel Dimech fid-direzzjoni lejn il-Belt.
Mhux magħruf x’wassal biex il-karozza ħadet in-nar, hekk kif fil-post waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien li ħakmu l-vettura, tat-tip Peugeot 106 misjuqa minn anzjan ta’ 81 sena minn Pembroke.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ fl-inċident, hekk kif it-triq kellha tingħalaq għal xi ħin. Madankollu, din infetħet kif is-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mid-Distrett ta’ San Ġiljan.
//= $special ?>