Il-Pulizija fl-Istati Uniti qed iqiesu l-attakk ta’ Orlando bħala każ ta’ terroriżmu imma s’issa għadhom mhux konvinti minn rabta diretta mal-ISIS li ħadet ir-responsibbilta. L-ISIS qed iħeġġeġ attakki fil-Punent għall-festa tar-Ramada. waqt sparatura ġo nightclub ta’ Orlando, bl-awtoritajiet lokali jiddikjaraw ‘stat ta’ emerġenza’.
Il-qattiel kien identifikat bħala Omar Mateen, li nqatel waqt konfront mal-pulizija, f’ħin meta hu kien qed iżomm numru ta’ ostaġġi fin-nightclub.
Il-massakru fin-nightclub Pulse Club f’Orlando fi Florida qed jitqies bħala l-agħar attakk terroristiku fl-Istati Uniti mill-attakki tal-11 ta’ Settembru. B’kollox s’issa hu konfermat li 50 persuna nqatlu u hemm ħafna fl-isptarijiet b’feriti gravi.
Jaħsbu li s-suspettat, li kellu dixxendenza Afgana u li kien ġej mill-belt ta’ Port St Lucie, ma kienx imniżżel fuq watch list għal terroristi potenzjali għalkemm darba kien interogat minħabba rabtiet ma’ nies estremisti Iżlamiċi.
Fl-aħħar sigħat, numru kbir ta’ qraba tan-nies li kienu fin-nightclub inġabru fl-isptarijiet ta’ Orlando, fost stennija ansjuża għal aħbar dwar l-għeżież tagħhom.
Ħafna minn dawn in-nies kienu rċevew telefonati u text messages mingħand qraba li kienu fil-Pulse Club waqt li kienet għaddejja l-isptaratura u li ma semgħux aktar mingħandhom mill-eqqel tad-drama ‘il hawn.
L-agħar attakk fl-Istati Uniti minn 9/11
