Lokali

Salvati mill-AFM f’żewġ ħidmiet separati

Żewġ baħħara ġew salvati minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta f’operazzjonijiet separati li saru tard ilbieraħ waranofsinhar u kmieni dalgħodu.

Fl-ewwel operazzjoni, daħlet sejħa għall-għajnuna minn bastiment tas-sajd barrani li kien qed ibaħħar madwar 50 mil nawtiku lil hinn mill-kosta ta’ Malta. Fuq dan il-vapur kien hemm raġel Tuneżin li kien qed ibati minn uġigħ qawwi f’sidru. Huwa ttieħed l-art b’ħelikopter u mbagħad twassal l-isptar Mater Dei b’ambulanza.

Fl-operazzjoni l-oħra, kmieni dalgħodu ħelikopter intbagħat biex idaħħal baħri Libjan li kien fuq bastiment tas-sajd. Huwa kien qed kien qed jitlef id-demm, u għalhekk kien jeħtieġ li jingħata kura medika.