Lokali

Talba biex issir investigazzjoni dwar qabda ta’ shark

L-Awtorità Maltija għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ikkomunikat mal-Pulizija biex issir investigazzjoni dwar ritratt fuq facebook  li juri grupp ta’ għaddasa Maltin li ddikjaraw li qabdu great white shark.

Fil-verita x-shark muri fir-ritratt hu Short-fin Mako Shark li hu speċi protetta.

Il-Great white Sharks, li jixbħu ħafna lil dawn l-ispeċi wkoll huma protteti. It-Taqsima ta’ Monitoraġġ tal-ERA qed tikkolabora mal-pulizija f’din l-investigazzjoni.