Applikazzjoni għal pompa tal-petrol fil-bypass ta’ Birkirkara, fil-limiti tal-Iklin, kienet irtirata mill-applikant stess jumejn qabel ma kellha tkun diskussa mill-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Fi stqarrija, l-Awtorità tax-Xandir qalet li l-applikazzjoni kienet qed tiġi kkunsidrata bħala li ma tissodisfax il-kriterji meħtieġa skont il-policy għall-pompi ġodda tal-petrol.
Spjegat li l-applikazzjoni lanqas ma ssegwi l-kriterji mitluba mill-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta’ Malta, li jissuġġerixxi din iż-żona bħala waħda riservata għal raġunijiet edukattivi.
Fil-fatt, id-Direttorat tal-Ippjanar kien qed jissuġġerixxi li l-Bord jirrifjuta l-applikazzjoni.
Min-naħa tiegħu, anke l-Front Ħarsien ODZ kien qed jappella lill-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar biex jirrifjuta din l-applikazzjoni.
Fi stqarrija, il-Front qal li kien qed joġġezzjona għal din l-applikazzjoni minħabba li, fost l-oħrajn, ma sarux l-istudji meħtieġa dwar l-impatt fuq it-traffiku u fuq l-ambjent, kif mitlub.
//= $special ?>