Id-dettalji li ħarġu fil-Qorti, jiġifieri li xhud biddel id-dikjarazzjoni tiegħu għal waħda li fi kliemu stess inkitbet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u mar jiffirmaha hemm stess, huma kruċjali.
Hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil meta mistoqsi mill-ġurnalisti l-għada li kompla każ fil-Qorti dwar allegazzjonijiet li saru mill-ġurnal tal-GWU. Fir-rapporti kien ingħad li l-Perit Toni Bezzina qabbad ħaddiema mid-Dipartiment tax-Xogħolijiet Pubbliċi biex jagħmlu xogħol fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista fiż-Żurrieq.
Il-Perit Bezzina qed jiċħad dawn l-allegazzjonijiet u saħansitra ressaq libell fil-konfront tal-ġurnal, liema libell issa jmur għall-fażi ta’ appell. Iżda fid-dawl tad-dettalji li ħarġu mill-Qorti, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil sfida lid-Deputat Mexxej ġdid tal-Partit Laburista Chris Cardona biex jagħti spjegazzjoni.
Dan il-każ kien ħareġ fil-pubbliku ftit jiem biss qabel l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali f’Marzu 2012.
//= $special ?>