Id-diffikukltajiet li qed jiffaċċjaw in-nutara kawża ta’ deċiżjonijiet li qed jittieħdu u emendi li qed jidħlu fil-liġi u li qed iwasslu wkoll għal spejjeż żejda għaċ-ċittadin, tkellem dwarhom fil-Parlament id-Deputat Nazzjonalista Tony Abela.
Fl-Aġġornament tas-seduta parlamentari tal-bieraħ, id-Deputat Nazzjonalista tkellem dwar ix-xogħol tan-nutara u kkummenta dwar in-nuqqas ta’ rikonoxximent għal dan ix-xogħol anke mill-mod kif qed idaħħal emendi l-Gvern fis-sistema.
Meta jsir kuntratt, in-nutar qed jiġi mitlub jagħti dettalji speċifiċi dwar kejl u ambjent fejn tinsab il-proprjetà. Dan suppost qed isir biex ikun aċċertat li jkun dikjarat il-valur veru tal-proprjetà.
Tony Abela qal li ma jistax jaqbel mad-deċiżjonijiet li qed jittieħdu dwar din il-formola għaliex se twassal il-persuni involuti jkollhom jidħlu fi spejjeż zejda. Minkejja din il-formola, il-Gvern xorta qed iżomm id-dritt li jibgħat il-periti tiegħu biex jagħti valur. Meta ma jkunx hemm qbil dwar il-valur, qed jinħolqu ħafna diffikultajiet li jpoġġu mhux biss lix-xerrej f’diffikultà, imma anke lin-nutara mal-klijenti tagħhom.
Tony Abela appella biex ikun hemm aktar nies biex ikunu jistgħu jlaħħqu max-xogħol li qed ikun hemm meta n-nutara jmorru biex jagħmlu l-ħlas tal-boll.
Id-Deputat Nazzjonalista tkellem ukoll dwar id-diffikultajiet tar-residenti tal-Baħrija li qed isibu biex dawn joħorġu mil-lokalità lejn ir-Rabat minħabba xogħlijiet li qed isiru fit-triq diretta bejn il-Baħrija u r-Rabat. Appella biex ma jkomplux jinħolqu aktar diffikultajeit lir-residenti tal-Baħrija.
//= $special ?>