It-tim Russu ingħata skwalifika sospiża mill-Euro 2016. Id-deċiżjoni ingħatat dalgħodu mill-UEFA.
Il-Federazzjoni Russa ġiet immultata €150,000.
Sostenituri Russi kienu involuti fi ġlied kbir f’Marseille kontra supporters Ingliżi, b’rapporti jindikaw li dawn ir-Russi kienu parti minn gruppi kriminali organizzati.
Id-deċiżjoni tal-UEFA tfisser li r-Russja tiġi imkeċċija mill-Euro 2016 kemm-il darba jinqalgħu inċidenti oħrajn tul il-kompetizzjoni.
//= $special ?>