Ambjent Lokali

Filmat: Il-PN irid jerġa’ jiltaqa’ mal-eNGOs biex ikompli jiddiskuti – Simon Busuttil

Il-Partit Nazzjonalista issa lest li jimxi għall-pass li jmiss wara li fl-aħħar jiem ħareġ bil-proposta li żona barra mill-iżvilupp tista’ tinbena biss f’każijiet eċċezzjonali u biss wara vot ta’ żewġ terzi fil-Parlament, biex b’hekk tkun garantita l-kontabbiltà u t-trasparenza.

Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, ftit jiem wara r-reazzjonijiet pożittivi minn sensiela ta’ għaqdiet li jaħdmu favur l-Ambjent u mis-soċjetà ċivili, li lkoll faħħru din il-proposta.

Saħansitra, anke l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi tkellmet dwar din il-proposta u wriet interess li tisma’ aktar fid-dettal dak li qed jiġi propost. Kien biss il-Prim Ministru Joseph Muscat li mill-ewwel waqqa’ din il-proposta.