Lokali

Filmat: Il-PN iwiegħed aktar għajnuna lil għaqdiet bħall-Fondazzjoni Inspire

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista temmen li għaqdiet bħall-Fondazzjoni Inspire għandhom jiġu mgħejjuna biex ikomplu jwettqu x-xogħol siewi li jagħmlu ta’ kuljum, ħafna drabi mingħajr ma jiġi nnotat.

Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt żjara fil-bini tal-Fondazzjoni Inspire f’Marsaskala. L-Inspire tgħin lil iżjed minn 1,000 individwu li għandhom diżabbiltajiet differenti.

Dawn il-persuni jkollhom bżonn servizzi u programmi speċjalizzati offruti b’rata sussidjata ħafna, u f’xi każi saħansitra b’xejn.

Biex tagħmel dan, l-Inspire għandha bżonn fondi kbar li kemm jista’ jkun tipprova tiġġenera hi stess b’diversi attivitajiet, fosthom bejgħ ta’ oġġetti użati u ġodda miċ-Charity Shops li tmexxi.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mix-Shadow Minister Paula Mifsud Bonnici, mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar u mill-Kandidat għall-elezzjoni ġenerali Elaine Camilleri Schembri.