Parlament

Il-ħatra ta’ Gvernatur ġdid tal-Bank Centrali: Ma nistghux inġibu din ħażina wkoll – Kristy Debono

Fis-settur tas-servizzi finanzjarji la ghandna stabbiltà u wisq anqas normalità ghaliex kontinwament qed ikollna allegazzjonijiet serjissimi li mhux qed ikunu investigati u mnaddfa bis-serjetà

Id-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono appellat lill-Gvern jiehu l-azzjonijiet meħtieġa u jinvestiga l-allegazzjonijiet li kienu ppubblikat fil-media fil-konfront ta’ Alfred Mifsud, il-persuna maħtura minn dan il-Gvern bhala deputat Gvernatur tal-Bank Centrali u potenzjalment gimaghtejn ohra Gvernatur tal-Bank Centrali u rappreżentant ta’ Malta fil-bord tal-Gvernaturi tal-Bank Centrali Ewropew.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji, IT u Gaming, fil-Parlament fissret li ma nistghux niddibattu Att li qed isahhah it-trasparenza u r-regolamentazzjoni tal-professjoni tal-Accountants u l-Awdituri u ma nitkellmux fuq allegazzjonijiet li qed isiru fil-media lokali dwar il-persuna nominata mill-Gvern biex tkun il-Gvernatur tal-Bank Centrali ta’ Malta mill-bidu tax-xahar id-diehel.

Appellat biex nirriflettu fuq il-hsara l-kbira li jista’ jerga’ jsoffri pajjizna fid-dawl tal-allegazzjonijiet serjissimi li qed isiru fil-konfront ta’ din il-persuna. Dan għaliex mhux qed nitkellmu biss fuq il-Gvernatur tal-Bank Centrali ta’ Malta, izda qeghdin nitkellmu fuq persuna li se jkun fuq il-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Centrali Ewropew, f’isem Malta.

Spjegat li l-mument li din il-persuna tinhatar f’kariga daqstant sensittiva, izda fl-istess hin daqstant importanti ghall-pajjizna, fl-istituzzjoni ewlenija li tirregola s-settur monetarju, dawn l-allegazzjonijiet ma jibqghux biss ghall-konsum lokali izda jsiru allegazzjonijiet fuq ir-rapprezentant ta’ Malta fl-istituzzjoni li tirregola s-settur monetarju tat-tieni l-akbar munita fid-dinja – l-Ewro.

Appellat biex b’sens ta’ responsabbiltà kbira lejn pajjizna, lejn il-Bank Ċentrali ta’ Malta, lejn ir-reputazzjoni ta’ pajjizna madwar id-dinja, lejn ir-reputazzjoni tal-Bank Centrali ta’ Malta kif ukoll lejn ir-responsabbiltà kollettiva ta’ Malta fost il-pajjizi taz-zona Ewro, ghandna naraw li pajjizna ma jidholx fi kwistjoni ohra li tattakka b’mod qawwi s-sisien u l-kreddibiltà tas-settur finanzjarju u monetarju ta’ pajjizna.

Kristy Debono saħqet li qed tagħmel l-appell lil hinn mill-persuna min hi u r-rabtiet politici, finanzjarji, kummercjali u privati li din il-persuna seta’ kellha fil-passat.

Spjegat li qed titkellem fil-Parlament fl-interess genwin ta’ pajjizna u tal-isem ta’ Malta, fis-settur finanzjarju, kemm fuq livell Ewropew u kemm fuq livell dinji.

“Ma jistax ikun, li fuq kariga daqstant sensittiva, flok niehdu l-opportuntià biex nibagħtu messagg b’persuna kredibbli u bla tebgħa, fid-dawl tal-kalvarju li ghaddejna minnu u ghadna ghaddejjien bih fis-settur finanzjarju minhabba l-iskandlu tal-Panama Papers, ma nistghux ingibu din hazina wkoll”, saħqet id-Deputat Nazzjonalista.

Irrimarkat ukoll li fl-investigazzjoni li se jkun qed jaghmel il-Parlament Ewropew dwar il-każ tal-Panama Papers, il-probbabiltajiet kollha jindikaw li se jkollna Ministru Malti li se jkollu jitla’ jixhed dwar il-każ tal-Panama Papers. Ghalkemm il-Gvernatur tal-Bank Centrali ta’ Malta u allura r-rapprezentant ta’ Malta fil-bord tal-Gvernaturi tal-Bank Centrali Ewropew, m’ghandux x’jaqsam ma’ dan il-każ, iz-zewg fatturi komuni huma Malta u s-serjetà finanzjarja ta’ pajjizna.

Appellat li jekk dawn l-allegazzjonijiet, ma jigux indirizzati bis-serjetà , pajjizna qed jirriskja serjament li ghal darb’ohra fuq settur tant delikat, nerghu nkunu fil-media internazzjonali għal raġunijiet ħżiena.

Saħqet li s-settur finanzjarju, l-istabbiltà finanzjarja, l-istabbiltà monetarja, ir-regolatur f’pajjizna tas-settur monetarju u b’mod partikolari r-rwol taghna u ta’ pajjizna, fil-livell tal-Bank Centrali Ewropew, jehtiegu xejn hlief zewg fatturi – stabbiltà u normalità.

Irrimarkat li llum la ghandna stabbiltà u wisq anqas normalità ghaliex kontinwament qed ikollna allegazzjonijiet serjissimi li mhux qed ikunu investigati u mnaddfa bis-serjetà.

Kristy Debono qalet li mhux biżżejjed li l-persuna kkoncernata tichad din l-istorja f’semplici telefonata. Appellat lill-Ministru jaghti serhan il-mohh ta’ x’investigazzjoni jew investigazzjonijiet qed isiru fuq il-persuna mahtura minn dan il-Gvern bhala deputat Gvernatur tal-Bank Centrali u potenzjalment gimaghtejn ohra Gvernatur tal-Bank Centrali u rappreżentant ta’ Malta fil-bord tal-Gvernaturi tal-Bank Centrali Ewropew.

Fakkret li kien dan il-Gvern u l-Ministru tal-Finanzi prezenti li ftit tax-xhur ilu fil-Parlament biddel il-ligi biex il-Bank Ċentrali ta’ Malta minflok ikollu deputat gvernatur wiehed kif dejjem kellu, johloq il-kariga tat-tieni deputat gvernatur.

Fakkret ukoll li meta faqqa’ l-każ tal-Panama Papers, il-Ministru korrettament fil-Parlament appella lill-Prim Ministru jiehu azzjoni difficli. Irrimarkat li llum, l-istess Minsitru ghandu kwestjoni f’hogru li hija sensittiva u quddiem dawn l-allegazzjonjiet huwa l-mument fejn il-Ministru, f’isem il-Gvern jiehu azzjonijiet li huma difficli.

Staqsiet lill-Ministru jħossux komdu bhal Ministru tal-Finanzi li jressaq il-kandidatura ta’ persuna li qed tiffaċċja tali allegazzjonijiet.

Appellat biex niddefendu r-reputazzjoni u s-suċċess ta’ pajjiżna f’dan is-settur u fejn jinqalghu okkazjonijiet li jistghu jhammgu jew itappnu r-reputazzjoni ta’ pajjizna, ninvestigawhom, niehdu l-azzjoni mehtiega u nnadfuhom.

Għal dawn il-kummenti il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li jaqbel li l-karigi għolja jinħtieġu attenzjoni serja u għalhekk jinħtieġu due diligence. Anke f’dan il-każ, id-due diligence qed issir.

Hu qal li skont il-programm elettorali tal-Partit Laburista, iridu jsiru l-emendi meħtieġa biex persuni f’karigi bħal dawn ikunu jridu jidhru quddiem kumitat tal-Parlament biex iwieġbu għad-domandi tar-rappreżentanti tal-poplu.