Lokali Unjoni Ewropea

Il-KE għadha ma approvatx il-ftehim dwar il-provvista għall-Power Station il-ġdida

Il-Kummissjoni Ewropea għadha ma tatx l-approvazzjoni tagħha għall-ftehim dwar il-provvista għall-Power Station il-ġdida, li qed tinbena f’Dellimara.

Dan minkejja li l-Ministru mingħajr Portafoll Konrad Mizzi wiegħed li l-impjant tal-LNG se jibda jipprovdi l-elettriku sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Rapport fil-ġurnal The Times of Malta jgħid li kelliem għall-Kummissjoni Ewropea ma ried jagħti l-ebda kummenti dwar fejn waslet l-analiżi tal-Kummissjoni. Qal biss li għadha f’kuntatti mal-Gvern Malti dwar din il-kwistjoni.

Il-ftehim bejn l-Enemalta u l-Electrogas, li jipprovdi għas-sigurtà tal-provvista, għadu ma ġiex iffimat u jkun konkluż biss jekk u meta l-Kummissjoni tagħti l-permess tagħha.