Rapporti li bdew deħlin mill-Istati Uniti qalu li raġel armat ingħalaq ġo stabbiliment ta’ Walmart f’Amarillo, fl-Istat ta’ Texas, u jista’ qed iżomm numru ta’ ostaġġi.
Il-membri tal-aġenziji għall-infurzar tal-liġi jinsabu skjerati fiz-zona fejn jinsabu attenti għall-iżviluppi, fost tensjoni kbira. Dan waqt li l-pulizija evakwat numru ta’ nies mill-inħawi fejn huma, qabel, kienu għaddejjin ‘bix-xirja normali’.
L-awtoritajiet fissru din is-sitwazzjoni bħala waħda li tinvolvi ‘active shooter’ u qed iwissu lin-nies biex iżommu ‘l bogħod miċ-ċentru kummerċjali.
Ma daħlu l-ebda rapporti ta’ xi midruba bl-awtoritajiet f’Amarillo qed ikomplu jsegwu s-sitwazzjoni.
//= $special ?>