Lokali

FILMAT: Il-Partit Nazzjonalista jikkundanna l-intimidazzjoni tal-media tal-Partit Laburista fuq il-ħaddiema

Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista jikkundanna bil-qawwa kollha l-intimidazzjoni aggressiva li wettqet ilbieraħ fil-konfront ta’ Toni Bezzina fuq il-post tax-xogħol tiegħu maċ-Ċivil.

Ilbieraħ, waqt li kien għaddej bil-ħidma tiegħu maċ-Ċivil, il-Perit Toni Bezzina ġie intimidat mill-media tal-Partit Laburista b’ġurnalist u cameraperson jipruvaw jidħlulu fl-uffiċju biex jagħmlulu l-mistoqsijiet.

Ebda membri tal-media m’għandhom aċċess għall-uffiċini tad-Dipartimenti tal-Gvern u għalhekk biex il-media tal-Partit Laburista tħalliet twettaq dan l-aġir ta’ intimidazzjoni fl-uffiċini tal-Gvern, kellu jinħarġilha permess speċjali.

Il-Partit Nazzjonalista jistenna li min kien responsabbli biex jinħareġ il-permess għal dan l-aġir mill-media tal-Partit Laburista jerfa’ r-responsabbiltà ta’ għemilu, waqt li l-Ministru Joe Mizzi jgħid jekk hux se jinvestiga kif il-media tal-Partit Laburista tħalliet tidħol fl-uffiċini ta’ Dipartiment tal-Gvern mingħajr ħadd ma waqqafha.