Lokali

Ġuvni ferut gravi wara inċident bejn mutur u karozza

Ġuvni ta’ 21 sena minn San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbierah għall-ħabta tas-7:15pm fi Triq F.M.Ferretti, Birżebbugia

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari jidher li r-raġel kien passiġier fuq mutur tat-tip Peugeot Xrace li kien misjuq minn ġuvni ta’ 22 sena residenti San Pawl il-Baħar, meta għal xi raġuni dan kellu mpatt ma` vettura Renault Megane misjuqa minn tfajla ta’ 20 sena residenti Ħal Għaxaq. Kawża ta l-impatt il-mutur skiddja u baqa’ dieħel ġo vettura oħra Hyundai Excel li kienet tinsab ipparkjata fl-imsemmija triq.

Kemm ix-xufier kif ukoll il-passiġġier tal-mutur ittieħdu l-isptar Mater Dei, fejn aktar tard ix-xufier ġie ċertifikat li sofra minn ġrieħi ħfief filwaqt li l-passiġġier sofra ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Birżebbugia għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.