In-NATO ħabbret li l-Internet se tibda titqies bħala żona ta’ gwerra. Dan wara laqgħa li saret tal-Ministri tad-Difiża tal-pajjiżi membri.
Jens Stoltenberg, is-Segretarju Ġenerali tan-NATO, qal li llum il-ġurnata sar ċar li attakk perikoluż jista’ jitwettaq minn fuq l-Internet kontra pajjiż daqskemm jista’ jsir bil-mod tradizzjonali.
Dan ifisser li minn issa ’l quddiem, jekk isir xi attakk minn fuq l-Internet, dan jista’ jwassal biex ikun applikat dak li jissejjaħ l-Artiklu 5 tan-NATO, li attakk kontra pajjiż membru jitqies attakk kontra l-bqija tal-membri.
AKTAR f’IN-NAZZJON ta’ għada
//= $special ?>