Ambjent Kunsilli Lokali Lokali

Posposta d-deċiżjoni dwar appartamenti ġodda fi triq indikata għall-vilel u d-djar f’Ħal Lija

Tibqa’ pendenti l-kontroversja dwar il-bini ta’ blokka appartamenti fi Triq Daniel Sammut f’Ħal Lija, li hi triq residenzjali indikata għall-vilel u d-djar. Dan hekk kif il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ippospona d-deċiżjoni dwar dan il-proġett għat-13 ta’ Lulju li ġej.

Waqt sessjoni tal-Bord li nżammet dalgħodu, kien deċiż li għad hemm xi affarijiet li jridu jiġu regolati mill-iżviluppatur. Dan ta xi ftit tan-nifs lir-residenti ta’ din it-triq, li kienu rappreżentati fil-laqgħa tal-Bord mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija u minn Din l-Art Ħelwa.

Ir-residenti qed isostnu li proġett bħal dan se joħloqilhom problemi kbar, filwaqt li spjegaw li jikkunsidraw il-bini propost bħala wieħed li jmur kontra l-policies tal-Ippjanar. Il-binja proposta se jkollha ħames sulari b’27 appartament,