Traġedja oħra fi Florida fl-Istati Uniti hekk kif tifel ta’ sentejn inħataf minn alligator, tip ta’ kukudrill li jgħix fl-Istati Uniti, hekk kif kien mixi fl-inħawi tal-Grand Floridian Resort & Spa f’Disneyland. Bħalissa qed isir tfitxija intensiva biex jinstab it-tifel.
It-tifel kien mal-familja tiegħu ħdejn l-ilma meta kien attakkat mill-annimal. Missier it-tifel kien pront u mar jipprova jeħles it-tifel u saħansitra ssara mal-annimal imma kien ta xejn. issa qed isir tfitxija biex jipprova jisntab il-katavru tat-tifel.
Din il-ġimgħa fi Florida kien il-massakru f’Orlando minn segwaċi tal-ISIS kif ukoll il-qtil ta’ kantanta popolari waqt kunċert.
//= $special ?>