Raġel ta’ 32 sena sofra ġrieħi gravi wara li seħħet splużjoni f’dar fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18.30 fi Triq Azzopardi.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li waqt li 3 irġiel kienu qegħdin ħdejn forn, għal xi raġun seħħet splużjoni. Bil-konsegwenza li tnejn mill-irġiel preżenti sofrew xi ġrieħi. Fosthom ir-raġel ta’ 32 sena li hu mill-Guinea kif ukoll raġel ta’ 24 sena mill-Mali, b’dan tal-aħħar isofri feriti ta’ natura ħafifa.
Persuni li kienu fil-post tal-inċident saħqu li l-isplużjoni nstemgħet minn diversi binjiet ‘il bogħod.
In-nirien ġew ikkontrollati mill-Membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Iż-żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura.
//= $special ?>