Fi stqarrija lill-media, Alfred Mifsud ċaħad b’mod kategoriku l-akkużi ta’ korruzzjoni u ħasil ta’ flus li saru dwaru fuq blog.
Alfred Mifsud qal li hu spjega lill-blog ikkonċernat li s-sorsi tagħhom ma kienux affidabbli, iżda motivati minn mibgħeda u kilba għall-vendetta minn relazzjoni personali li falliet, wara li Mifsud ma aċċettax talbiet mhux raġenevoli għall-kumpens. Għaldaqstant, saħaq li wara dan kollu, ma kellux għażla oħra ħlief li jiftaħ libell fil-Qorti.
Alfred Mifsud qal li wara 47 sena interrotti jaħdem fis-settur finanzjarju, bla ma qatt ħadd akkużah b’xi abbuż, mhux loġiku li jipprova l-innoċenza tiegħu u għalhekk talab lil min akkużah biex iressaq il-provi quddiem il-Qorti.
//= $special ?>