Lokali

Anzjana ssofri feriti gravi wara li ntlaqtet minn mutur f’Tas-Sliema

Anzjana ta’ 81 sena minn Tas-Sliema sofriet feriti gravi li ntlaqtet minn mutur fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1am.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li l-mutur, tat-tip Kawasaki ZR1000, kien misjuq minn Libjan ta’ 40 sena residenti s-Swieqi.

Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li ta l-ewwel għajnuna lill-anzjana qabel ma ttieħdet l-Isptar għal aktar kura.

Hemm, hi kienet iċċertifikata li qed issofri minn feriti gravi.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.