L-eks Deputat Mexxej Laburista Toni Abela kien ordnat iħallas €2,000 f’danni dwar kontenut ta’ opinjoni ppubblikata fl-2012 fil-gazzetta tal-Partit Laburista.
L-artiklu, miktub minn Silvio Gonzi, akkuża lil Natalino Fenech (dakinhar Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet tal-PBS) bħala ‘gatekeeper’ tal-Gvern ta’ dak iż-żmien. L-artiklu akkuża wkoll numru ta’ membri fil-Bord Editorjali tal-PBS.
Fil-kawża ta’ libell, Natalino Fenech ipprovda numru ta’ Mistoqsijiet Parlamentari li wrew li fuq medda ta’ sena l-mexxejja taż-żewġ partiti kienu rrappurtati l-istess ammont ta’ drabi. Hu ppreżenta wkoll statistika oħra, li wriet bil-kuntrarju ta’ dak li qal l-artiklu ppublikat fil-gazzetta Laburista.
Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Maġistrat Francesco Depasquale qal li Toni Abela naqas milli jipprovdi informazzjoni biżżejjed f’dan il-każ. Tenna wkoll li l-Mistoqsijiet Parlamentari juru li dak iż-żmien, l-istazzjon nazzjonali kellu linja editorjali bilanċjata.
//= $special ?>