Lokali

Iġarrab ġrieħi gravi

Ritratt: Arkivji

Raġel ta’ 23 sena residenti Ħal Lija, sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq iċ-Ċinju fil-Mosta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15 ta’ dalgħodu.

Mill-ewwel investigazzjonijiet rriżulta li r-raġel kien qiegħed jaqsam it-triq meta għal xi raġuni ntlaqat minn vettura tat-tip Nissan Micra. Il-vettura kienet misjuqa minn raġel ta’ 23 sena, residenti l-Mosta.

Il-vittma ttieħed l-isptar Mater Dei għal kura fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa tal-Mosta għadhom għaddejjin.