L-Oppożizzjoni Nazzjonalista hi entużjasta u mimlija ideat ġodda, li qed taqsamhom u tiddiskutihom mal-istakeholders, biex l-Oppożizzjoni qed tfassal il-politika tagħha magħhom biex tindirizza l-veru ġid komuni.
Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt laqgħa mal-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu (GTA), li saret bl-iskop li l-GTA tippreżenta lill-Partit Nazzjonalista l-proposti tagħha għat-turiżmu f’Għawdex skont pjan mifrux fuq tliet snin minn meta jkun approvat.
Għal din il-laqgħa f’Għawdex, il-Kap tal Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mix-Shadow Minister għal Għawdex Chris Said, mid-Deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi, mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Turiżmu Antoine Borg u mill-Kandidati għall-elezzjoni ġenerali Kevin Cutajar u Ryan Mercieca.
//= $special ?>