Investigaturi Eġizzjani żvelaw li nstab il-voice recorder tal-kabina tal-ajruplan tal-Egyptair li x-xahar li għadda għeb, b’66 persuna abbord, waqt titjira fuq il-Mediterran.
Is-sejba saret f’zona tal-Mediterran partikulari meta hu ittamat li l-informazzjoni fir-recorder (li nstab bil-memorja intatta) titfa’ dawl fuq l-aħħar ħinijiet tal-ajruplan traġiku. Ir-recorder, ‘il quddiem, irid jittieħed għal analiżi fil-belt Eġizzjana ta’ Lixandra.
Stqarrija mill-investigaturi sostniet li kienu identifikati diversi lokalitajiet ewlenin tal-fdalijiet tat-Titjira MS804 li, dakinar, kienet qed tivvjaġġa minn Pariġi lejn il-Kajr.
Intant, inġenju mgħammar b’robot għal taħt il-baħar qed jibgħat l-ewwel dehriet ta’ fdalijiet li jistgħu huma tal-ajruplan Eġizzjan, tat-tip Airbus 320. Dan meta t-tfittxija kopriet zona lejn it-Tramuntana tal-kosta tal-Eġittu.
Waqt li ħadd ma jaf x’wassal għall-għejbien – u eventwalment qerda – tal-ajruplan, il-manifattur tiegħu, Airbus, qal, qabel, li s-sejba tal-flight recorders ( kaxxi suwed) tiegħu huma kruċjali biex huma jiddeterminaw is-sekwenza tal-avvenimenti mindu l-ajruplan, sparixxa minn fuq ir-radar tal-awtoritajiet tal-Eġittu u l-Greċja.
L-għajbien tal-ajruplan, dakinar, ma kienx ippredeċut minn messaġġ wieħed ta’ emerġenza u l-voice recorder tal-kabina għandu jippermetti biex l-investigaturi jisimgħu dak li seta’ intqal bejn il-pilota u l-ko-pilota. Mistenni wkoll li jsiru magħrufa indikazzjonijiet ta’ ‘xi sitwazzjoni allarmanti potenzjali, fl-isfond, waqt it-titjira’ avolja r-recorder misjub ġarrab il-ħsarat.
Fil-fatt, jekk jinstab il-flight data recorder tal-Airbus, dan għandu jindika dak li kienu qed jirrekordjaw il-kompjuters tal-ajruplan, minuti qabel l-għajbien.
//= $special ?>