Konferma li f’pajjiżna l-Maltin qed jiffaċċjaw l-ogħla rati ta’ inflazzjoni, bl-għoli tal-ħajja tlaħħaq it-tieni l-akbar livell minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Wara l-Belġju, Malta għandha l-akbar rata ta’ għoli tal-ħajja fl-Ewropa. Dan ġie kkonfermat minn ċifri ppubblikati llum mill-Aġenzija Ewropea tal-Istatistika (Eurostat) u anke mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).
Pajjiżi oħrajn, fejn il-pagi huma ferm ogħla minn dawk f’Malta, għandhom għoli tal-ħajja anqas minn pajjiżna. Malta għandha inflazzjoni saħansitra akbar mill-Iżvezja u l-Awstrija.
Ftit tal-ġimgħat ilu, il-Caritas kienet diġà wissiet dwar il-piżijiet li qed ikollhom iġorru familji bi dħul baxx u pensjonanti, li mhux ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar bil-pagi u l-pensjonijiet.
//= $special ?>