Il-Fondazzjoni Maltija għad-Drittijiet tan-Nisa ressqet Protest Ġudizjarju kontra l-Istat sabiex titlob li f’pajjiżna tidħol il-kontraċezzjoni ta’ emerġenza, bħall-morning after pill. Il-protest tressaq fil-Qorti dalgħodu minn mitt mara, fejn saħqu li d-drittijiet tagħhom qed ikunu imminati.
Il-protest qed jitlob li l-kontraċezzjoni ta’ emerġenza tiġi liċenzjata, importata u anke mqassma Malta.
Din il-kampanja kienet imexxija minn Lara Dimitrijevic li hija avukat tad-drittijiet tal-bniedem.
Huma saħqu li l-liberta’ ta’ riproduzzjoni tan-nisa għandha titqis bħala dritt fundamentali. Kull mara u koppja għandu jkollhom id-dritt ta’ meta huma jagħżlu li jkollom it-tfal u saħqu li dan jgħiduh numru ta’ dokumenti internazzjonali.
//= $special ?>