Edukazzjoni

Awguri lit-tobba l-ġodda

Studenti tal-mediċina llum ħarġu jiċċelebraw wara li temmew b’suċċess il-kors tal-mediċina tagħhom. Waqt iċ-ċelebrazzjonijiet huma żaru d-Dar Ċentrali fejn iltaqgħu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.

Bla dubju għall-istudenti tal-mediċina dan is-suċċess ma kienx ikun possibli mingħajr tant sagrifiċċju matul is-snin, b’ħidma kontinwa fl-istituzzjonijiet tas-saħħa. Il-ġurnata tal-lum għal dawn iż-żgħażagħ ma kienitx tkun possibli mingħajr l-impenn u d-dedikazzjoni tat-tobba, il-letturi u l-ħaddiema tal-Università ta’ Malta.