Sewwieq ta’ karozza għal ftit ma kienx se jispiċċa l-baħar wara li l-vapur ta’ Għawdex inqatatlu ċima u beda riesaq lura. Iċ-ċima inqatgħet bir-riħ qawwi illi dalgħodu ħakem il-fliegu.
Nies li kienu fuq il-vapur, li ħalla Għawdex fis-7:00am u wasal iċ-Ċirkewwa fis-7:30pm, qalu li fil-ħin tal-inċident ir-rampa kienet tniżlet u bdew anke neżlin il-karozzi iżda l-vapur mexa lura u r-rampa ma kelliex fejn iżomm mal-art.
Dak il-ħin kien hemm karozza li għal ftit ma spiċċatx fil-baħar.
Jidher illi f’dak il-ħin qam paniku sħiħ fuq il-vapur u ħaddiem beda jtella’ t-tarf tar-rampa biex jgħolli l-karozza milli tispiċċa fil-baħar.
Kawża ta’ dan l-inċident, il-pont li minnu jgħaddu l-passiġġieri ġarrab xi ħsarat u għalhekk mal-wasla tagħhom f’Malta qed ikollhom jinżlu minn fuq ir-rampa.
//= $special ?>