Internazzjonali

Jaqa’ waqt li kien qed ikanta “I’d Do Anything For Love”

Waqt kunċert fil-Kanada, il-kantant Meat Loaf ħasad lil bosta segwaċi tiegħu meta ħabta u sabta ikkollassa mal-art. L-inċident seħħ matul il-lejl illi għadda.

Il-kantant Amerikan, li ismu propja Michael Lee Aday, kien qed ikanta l-klassika ‘I’d Do Anything For Love’ fil-Jubilee Auditorium f’Edmonton meta bla mistenni niżel mal-art bil-microphone b’kollox.

Il-leġġenda tal-mużika rock spiċċa imdawwar b’diversi persuni li tawh l-ewwel għajnuna, u l-videos tal-inċident daru ma’ diversi siti tal-internet.

Meat Loaf għandu 68 sena.