Internazzjonali

Kien qed jippjana attakki fuq turisti fi Franza

French special police forces secure the area as shots are exchanged in Saint-Denis, France, near Paris, November 18, 2015 during an operation to catch fugitives from Friday night's deadly attacks in the French capital. REUTERS/Christian Hartmann

Raġel li kkonverta għall-Iżlam spiċċa arrestat fi Franza fuq suspett li kien qed jippjana attakki fuq turisti Amerikani u Russi.

Dan is-suspettat ta’ 22 sena kien żar il-belt antika ta’ Carcassone ‘bil-ħsieb li jwettaq att vjolenti, b’mod partikulari fil-konfront ta’ ċittadini tal-Istati Uniti u r-Russja’.

Is-sorsi qalu li ż-żgħażugħ kien armat ‘b’sikkina u martell żgħir’ meta arrestawh il-pulizija. Is-suspettat ġej mill-belt Franċiża ta’ Lunel, li għandha popolazzjoni relattivament żgħira ta’ 27,500, u li hi magħrufa għan-numru kbir ta’ residenti li marru fis-Sirja biex jappoġġjaw il-jihad ( il-gwerra qaddisa Iżlamika).

Fil-fatt, hu magħruf li xi nies minn Lunel, fl-aħħar snin, għamlu vjaġġi speċifiċi lejn is-Sirja biex jissieħbu mal-ISIS inkella ma’ entitajiet oħrajn ta’ militanti fir-reġjun.

Il-belt ta’ Carcassone – iddikjarata mill-UNESCO bħala sit tal-patrimonju dinji – tmur lura għaż-żmenijiet medjevali u għandha ħajt mibnija madwarha. Fost l-akbar attrazzjonijiet turistiċi fl-inħawi hemm network ta’ pontijiet, flimkien ma’ torrijiet (watchtowers) u toroq antiki (cobbled streets).