L-għaqda Din l-Art Ħelwa tinsab imħassba dwar l-iżvilupp ta’ blokka ta’ appartamenti li hemm proposta sabiex tiġi żviluppata fi Triq Daniel Sammut f’Ħal Lija.
Fi stqarrija Din l-Art Ħelwa qalet illi dan l-iżvilupp jista’ jkollu konsegwenzi orribbli u joħloq preċedent. Dan minħabba l-mod kif qed tiġi interpretata il-policy il-ġdida tal-Awtorita’ tal-Ippjanar.
Fi kliem qasir, l-interpretazzjoni wasslet sabiex l-iżvilupp ikun għoli ħames sulari, u mhux tlieta.
Skont Din l-Art Ħelwa, jekk il-proġett f’Ħal Lija ikun approvat dan iwassal sabiex bini eżistenti ta’ tliet sulari ikun jista’ jiġi estiż b’żewġ sulari oħrajn – xi ħaġa li se taffettwa l-pajjiż kollu.
L-għaqda qalet illi l-Policy Guidlines tal-Awtorita’ qed iwaqqgħu il-Pjani Lokali eżistenti. Dan jista’ jkun saħansitra illegali, tgħid Din l-Art Ħelwa.
//= $special ?>