Internazzjonali

L-MSF tirrifjuta fondi tal-UE bi protesta

L-entità karitatevoli Medecins Sans Frontieres (MSF) mhix se tkompli tieħu fondi mingħand l-Unjoni Ewropea bi protesta dwar il-politika għall-immigrazzjoni tal-istess UE.
Il-MSF għamlet aċċenn partikulari għall-ftehim tal-UE mat-Turkija fejn it-Torok qablu li jieħdu lura kwalunkwe immigranti li jużaw l-opri tal-baħar biex jaqsmu lejn il-Greċja.
Il-MSF, is-sena l-oħra, irċeviet l-ekwivalenti ta’ 55 miljun ewro mingħand l-Unjoni Ewropea u l-Istati membri.
Iżda l-entità karitatevoli, issa, ħarġet stqarrija fejn qalet li l-MSF, ’il quddiem, mhix se tkompli tieħu l-fondi mingħand l-UE u l-pajjiżi msieħba magħha ‘bi protesta għall-politika tad-deterrent fis-seħħ u l-isforzi intensivi (tal-pajjiżi) biex iżommu lin-nies ’il bogħod mill-ixtut tal-Ewropa’.
L-MSF, fl-istess ħin, qalet li ħadd mill-pazjenti tagħha mhuma se jkunu affettwati mid-deċiżjoni biex ma taċċettax aktar fondi mill-UE. Dan meta l-entità karitatevoli beħsiebha tuża l-fondi ta’ emerġenza tagħha biex issostni l-proġetti ta’ fejda li għaddejjin bħalissa.