Lokali

Mis-Sibt filgħodu, tibdil għas-sewwieqa li jużaw Vjal ir-Rihan

Wara li tlesta x-xogħol ta’ manutenzjoni fi Triq Vjal ir-Rihan San Ġwann, ser jinżebgħu l-linji tat-traffiku u ser jitwaħħlu sinjali tat-traffiku ġodda bejn illejla fis-7.00 u għada fis-7.00 ta’ filgħodu.

Għalhekk, mis-Sibt 18 ta’ Ġunju wara s-7.00 ta’ filgħodu, it-traffiku minn Triq Tal-Balal ser jgħaddi minn Triq Salvu Busuttil għal Triq Caruana Dingli għal Vjal ir-Rihan. Aċċess għas-service road fi Vjal ir-Rihan hu permess minn Triq Caruana Dingli biss. Hawnhekk il-parkeġġ ser jiġi organizzat biex jaqbel mad-direzzjoni tat-traffiku.

Dawn l-arranġamenti huma parti mir-rotot alternattivi li qed jitħejjew minħabba l-proġett tal-Kappara.