Il-Ġimgħa filgħaxija ġiet mtella’ mixja favur il-ħajja mill-Komunita’ Gay f’Malta minn quddiem il-Knisja tal-Balluta sal-monument tal-LOVE f’San Ġiljan. Mixja favur il-ħajja b’rispett lejn il-vittmi t’Orlando li ħallew ħajjithom fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda.
Dinjita’, Rispett u Imħabba, it-temi msemmija tul din il-mixja hekk kif il-messaġġi kienu favur il-ħajja u kontra d-diskriminazzjoni tas-sessi. Fost in-nies li mxew il-mixja li kienu lkoll minn setturi differenti tas-soċjeta’ kienu l-bosta li mxew b’xemgħa f’idejhom; simbolu tal-ħajja.
Għal din il-mixja ‘Walk towards life’ ipparteċipaw il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u kif ukoll id-deputat Parlamentari Clyde Puli, flimkien mal-ambaxxaturi tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti u kif ukoll ir-rappreżentant tal-Arċisqof ta’ djoċesi Maltija Mons. Charles Cordina.