Għad hemm nirien kbar jaqbdu fil-kampanja fi Sqallija.
B’kollox hemm tmien ajruplani speċjalizzati għat-tifi tan-nar mill-ajru madwar Sqallija biex jippruvaw jikkontrollaw is-sitwazzjoni fin-Nofsinhar ta’ Sqallija. L-agħar sitwazzjoni hi dik madwar Messina u fir-riżerva naturali ta’ Parco dei Nebrodi.
Il-Ħamis, 21 persuna kellhom jiddaħħlu l-isptar, kemm minħabba ħruq kif ukoll għaliex belgħu d-dħaħen tan-nirien li kien hemm Agrigento, Messina, Palermo u Trapani. Ħafna kienu d-djar u l-iskejjel li kellhom ikunu evakwati.
Ħafna min-nirien hu mifhum li tqabbdu apposta.
Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada