Internazzjonali

Rick Parfitt ta’ Status Quo jiddaħħal l-isptar minħabba attakk tal-qalb

Status Quo performing songs from their new album 'Heavy Traffic' aboard HMS Ark Royal in Portsmouth Docks.

Rick Parfitt, il-kitarrista tal-grupp Status Quo, fl-aħħar sigħat kien qed ikun ittrattat mit-tobba fit-Turkija wara suspetti li hu spiċċa jbati minn attakk tal-qalb.

Parfitt, li għandu 67 sena, iddaħħal l-isptar b’urġenza wara kunċert tal-grupp f’Antalya u l-manager ta’ Status Quo, Simon Porter, qal li ‘Rick jinsab f’burdata tajba anki jekk il-kundizzjoni tiegħu, għalissa, qed tidher li hi serja’.

Is-Status Quo kienu qed jieħdu sehem fil-festival Expo 2016 meta Parfitt beda jħossu ma jiflaħx. Intant, Simon Porter qal li ‘l-grupp mhux se joħroġ aktar kummenti f’dan l-istadju u sakemm Rick Parfitt jgħaddi minn xi eżamijiet mediċi oħra fil-jiem li ġejjin’.