Tul ix-xahar li għadda mill-Freeport ta’ Malta nqabdu total ta’ 14-il tunnellata sigaretti u 24 tunnellata ta’ trab tal-ħasil li kienu foloz.
Instab li dawn l-prodotti kienu qed jiksru r-regolamenti tad-drittijiet tal-Propjetà Intellettwali. L-Uffiċju tad-Dwana f’Malta kellu sehem ewlieni f’dawn il-ħidmiet li saru fix-xahar ta’ Mejju, sabiex jinqabdu kontejners li jkunu qed iġorru merċa falza.
//= $special ?>