Il-Ministru tal-Ekonomija ta’ Franza, Emmanuel Macron, wissa li r-Renju Unit jitlef ħafna mis-sinifikat jekk jivvota biex jitlaq mill-Unjoni Ewropea, tant li ‘jispiċċa meqjus fuq l-istess livell bħall-gżira ta’ Guernsey’.
Il-poplu Britanniku, nhar il-Ħamis, jivvota f’referendum li jiddeċiedi jekk ir-Renju Unit ikomplix fl-UE jew le u Macron sostna, waqt intervista mal-Le Monde, li konferma ta’ Brexit tkun tfisser li r-Renju Unit għandu jħares lejn il-futur bħala ‘Stat żgħir fuq livell internazzjonali li jispiċċa iżolat mal-fruntiera tal-Ewropa’.
Hu sostna li l-UE għandha tibgħat ‘messaġġ qawwi ħafna’ dwar xi jfisser vot biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni.
Il-kummenti ta’ Macron kienu pubblikati wara li saru magħrufa rimarki tal-President tar-Russja, Vladimir Putin, li ssuġġerixxa li l-Prim Ministru Britanniku, David Cameron, ‘seta’ sejjaħ dan ir-referendum biex jirrikatta lill-Ewropa’. Cameron hu favur li r-Renju Unit ikompli bħala membru tal-UE.
//= $special ?>