Emmanuel Camilleri, persuna li ġarrab inġustizzja f’dawn l-aħħar snin, minħabba xhieda falza. Camilleri ddaħħal il-ħabs fit-2 ta’ Mejju tal-2013 u inżamm 400 jum il-ħabs meta hu kien innoċenti. Għalkemm illum il-ġurnata huwa jinsab meħlus xorta baqgħa jidher fir-reġistru tal-pedofli.
Nhar il-Ħamis li għadda waqt Newsfeed tkellmet Desiree Camilleri l-mara t’Emmanuel fejn irakkuntat l-esperjenza iebsa tal-familja tagħha għal dawn is-snin, storja li għalkemm ħafna jaħsbu li waqfet, hija għadha għaddejha.
Emmanuel minħabba l-inġustizzja li sofra għamel żmien li tilef it-tama kollha. Skont Desiree huwa tilef it-tama għal kollox u mhux l-ewwel darba li esprima ħsibijiet koroh magħha. Baqgħa bl-entużjazmu li jgħix biss minħabba l-familja.
Desiree qalet li għalkemm Emmanuel ħareġ l-affari m’hiex lesta, issa Emmanuel qed jiffaċċja problemi oħra għax hu inħeles fuq bail meta l-każ għadu għaddej. Talba lil-liġi biex tinbiddel u sseħ tassew ġustizzja fuq individwi bħal Emmanuel, nies li sofrew inġustizzja. Desiree qalet waqt il-programm newsfeed li minħabba din l-inġustizzja Emmanuel għandu problema biex issib xogħol, problema ta’ safar, problema anke kif jiġi ġġustifikat fl-agħġir tan-nies.
Issa permezz tal-Opożizzjoni u x-Shadow Minister għall-Ġustizzja Jason Azzopardi, hemm raġġ ta’ tama għal din il-familja li tassew issir ġustizzja. L-Oppożizzjoni il-Ħamis ippreżentat Private Member’s Bill biex f’każijiet eċċezzjonali fejn jiġi ppruvat li tkun saret amministrazzjoni ħażina tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Appell Kriminali jkollha s-setgħa tistħarreġ mill-ġdid każ li jkun ġie referut lilha wara kundanna minn kull Qorti ta’ Ġustizzja Kriminali. Abbozz li ġie ppreżentat wara li l-Oppożizzjoni fehmet is-sitwazzjoni li jinsabu fiha nies f’din iċ-ċirkostanza.
Desiree waqt il-programm Newsfeed appellat kemm il-darba biex tgħaddi l-emenda fil-liġi li tista’ tgħin il-ħafna nies li bgħatew inġustizzja tul dawn l-aħħar snin fejn anke appellat biex il-politiċi ma jħarsux lejn il-kulur politiku issa jħarsu lejn l-interess ġust tan-nies.