Il-pulizija fil-Belġju, fl-aħħar sigħat, għamlu tal-anqas 12 il-arrest waqt azzjoni kbira kontra t-terroriżmu. Din l-azzjoni saret kważi tliet xhur wara l-attakki terroristiċi tat-22 ta’ Marzu li kienu qatlu 32 persuna ġo ajruport u metro fiz-zona ta’ Brussell.
Il-prosekuturi qalu li l-persuni li spiċċaw arrestati matul il-lejl li għadda huma suspettati b’konnessjoni ma’ kumplott għal terroriżmu ġdid. Ingħad ukoll li dawn kienu fost għexieren ta’ nies li ddaħħlu mill-pulizija għal interrogazzjoni speċifika. Il-Pulizija anki wettqet tfittxija intensiva f’16 il-muniċipalità, li l-parti kbira tagħhom jinsabu madwar Brussell. Intant, il-Prosekutur Federali tal-Belġju qal li ma nstabu l-ebda armi jew splussivi waqt it-tfittxijiet li kienu konklużi mingħajr inċident.
//= $special ?>