Il-Fondazzjoni ALIVE ppreżentat somma ta’ €100,000 lill-Fond ta’ Riċerka tal-Università ta’ Malta.
Il-flus se jintużaw għal programm speċjalizzat fir-riċerka tal-kanċer tat-tfal.
Is-somma nġabret waqt sfida ta’ madwar 1120 kilometru mill-Alpi sa’ Sutton fl-Ingilterra.
Waqt li ppreżentaw iċ-ċekk lir-Rettur tal-Università Juanito Camilleri, iċ-Chairperson tal-Alive Nicky Camilleri qal li huwa permezz tar-riċerka li tista’ tinsab il-kura, u li ‘l quddiem tkun tista’ ssir ġlieda li telimina l-kanċer għal kollox.
Dis-sena l-isfida se ssir mill-Korazja sal-iSlovenja, b’total ta’ 1,100 kilometru u se jdumu ġimgħa. Huma se jkunu qed jgħinu mill-ġdid riċerka tal-kanċer fit-tfal u se jkunu qed ibiddlu bitħa għal post fejn jistgħu jilgħabu t-tfal li qed jirċievu l-kura fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.
//= $special ?>