Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti wasal biex jikkonkludi proċess twil ta’ riċerka u diskussjoni li ilu għaddej mill-2007 dwar kliem mill-Ingliż maqluba għall-Malti.
Fost l-iktar proposti li mistennija jolqtu l-kitba bil-Malti hemm dik li l-għażla tiktibx kelma bl-Ingliż jew la Maltija tgħaddi f’idejn il-kittieb, l-iktar fil-każ tan-nomi bħal kompjuter, ħelikopter jew faj.
Il-Kunsill tal-Malti qed jissuġġerixxi wkoll li kliem li meta jinqaleb għall-Malti jitbiegħed wisq mill-kelma Ingliża, bħal union, hockey jew shutter, jinżammu bl-Ingliż.
L-istess qed ikun suġġerit għal kliem Ingliż kompost minn żewġ kelmiet bħal windscreen, shockabsorber u fire extinguisher.
Dawn il-rpoposti ġew preżentati waqt seminar organizzat mill-Kunsill tal-Ilsien Malti li għalih attendew iktar minn 200 persuna li kellhom ukoll l-opportunità jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom f’numru ta’ workshops.
Il-pubbliku għadu jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu fuq il-proposti ppreżentati u t-tliet punti għad-diskussjoni sas-Sibt 2 ta’ Lulju fuq l-indirizz kunsilltalmalti.gov.mt.
Wara l-proposti tal-pubbliku u d-diskussjoni matul is-seminar, il-Kunsill tal-Ilsien Malti se jippunnlika d-dokument uffiċjali finali bid-‘Deċiżjonijiet 2’.
//= $special ?>