Lokali

Aġġornata: Il-maġġoranza ta’ dawk li vvotaw ma jaqblux mal-iżvilupp propost f’Ta Ċenċ

295 vot minn 423 vot mitfugħa fir-referendum konsultattiv f’Ta Sannta saħqu li ma jaqblux mal-proġetti proposti jiġifieri ma Heritage Park u żvilupp turistiku ta’ lukanda multi-ownership. Kienu biss 22% tal-voti reġistrati li tefgħu il-vot tagħhom. Dawk li jaqblu ammontaw għall-126 filwaqt li kien hemm żewġ voti invalidi. B’kollox kien hemm madwar 1,900 persuna eleġibbli biex jivvotaw

Aktar kmieni; Illum qed isir ir-referendum f’Ta’ Sannat Għawdex organizzat mill-Kunsill Lokali tal-lokalita’ biex b’hekk issir magħrufa l-opinjoni tar-residenti dwar l-iżvilupp f’Ta’ Ċenċ. Proġett tal-Heritage Park u żvilupp turistiku ta’ lukanda multi-owner ship.

Skont bosta rapporti jidher li f’Ta’ Sannat hemm bosta fehmiet dwar dan il-proġett, dawk favur, dawk kontra, dawk li ftit jinterassahom u dawk li huma favur parti mill-proġett. Għal dan ir-referendum hemm eliġġibli li jivvutaw 1901 resident.

Għal dan il-proġett kien hemm bosta għaqdiet ambjentali bħal Front Ħarsien ODZ li ħarġu jikkritikaw il-proċess marbut mal-informazzjoni li ingħatat lill-pubbliku dwar il-proġett.

Ir-referendum fetaħ fis-07.00 ta’ filgħodu u baqgħa għaddej sas-19.00 ta’ filgħaxija.

Ritratt: gozonews.com