Ir-raġel akkużat bil-qtil brutali tad-deputat parlamentari Britannika Jo Cox illum tressaq quddiem il-qorti tal-maġistrati ta’ Westminster, f’Londra, fejn irrifjuta li jagħti ismu u lanqas ma wieġeb għall-mistoqsijiet biex jikkonferma l-indirizz u d-data tat-twelid tiegħu.
Madankollu, l-akkużat, li jismu Thomas Mair u li fil-passat kellu konnessjonijiet ma’ gruppi estremisti, tkellem xorta waħda fil-qorti u qal li t-tradituri ħaqqhom il-mewt u li r-Renju Unit jixraqlu li jkun ħieles.
Matul il-lejl tal-Ġimgħa saru l-vejl u avvenimenti oħra ta’ tifkira għad-deputat Jo Cox li l-Ħamis filgħaxija spiċċat aggredita f’Birstall, f’West Yorkshire, fejn qalet xi tiri ta’ arma minbarra diversi daqqiet ta’ sikkina. Cox, li kellha, 41 sena u li riedet li r-Renju Unit ikompli bħala membru tal-Unjoni Ewropea, mietet l-isptar aktar tard, bil-mewt tagħha jqanqal espressjonijiet ta’ xokk u kundanna minn kull rokna tad-dinja.
Sadanittant, Thiomas Mair hu akkużat, fost oħrajn, li kkaġuna sfreġju fuq persuna u li kien fil-pussess ta’ arma tan-nar bl-intenzjoni li joqtol bniedem. Hu qed jinżamm taħt arrest u nhar it-Tnejn għandu jidher, f’Londra, quddiem il-qorti kriminali ċentrali tal-Ingilterra li hi magħrufa bħala l-Old Bailey.
//= $special ?>