Internazzjonali

L-astronawta Tim Peake lura fid-dinja

L-astronawta Britanniku Tim Peake irritorna lura fid-dinja wara waqfa storika ta’ sitt xhur fl-International Space Station. Il-wasla tiegħu kkonkludiet missjoni fl-ispazju li damet 186 ġurnata u kopriet distanza ta’ madwar 125 miljun kilometru.

Tim Peake u l-kollegi tiegħu, il-kosmonawta Russu Yuri Malenchenko u l-Kurunell Tim Kopra, astronawta Amerikan man-NASA, niżlu fit-territorju tal-Każakistan wara vjaġġ bil-kapsula Soyuz mill-istazzjon spazjali. Il-Maġġur Peake hu l-ewwel persuna li vvjaġġa fl-ispazju taħt il-bandiera tar-Renju Unit miż-żmenijiet ta’ Helen Sharman fl-1991.